“Irridu nibqgħu nagħmlu dak il-pass ‘il quddiem” – Mario de Marco u Kristy Debono f’konferenza tal-KPMG

Il-kumpanija tal-awditjar KPMG Malta organizzat il-konferenza Technology 2020 u li fiha ppartċipaw il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista u Shadow Minister għall-Oppożizzjoni Mario De Marco u l-Kelliema għas-servizzi Finanzjarji tal-Oppożizzjoni Kristy Debono.

Fid-diskors tiegħu Mario De Marco qal li rridu nibdew naħsbu għall-futur billi dejjem nassiguraw li naghmlu dak il pass ‘il quddiem f’setturi ġodda. Mario De Marco qal wkoll li fis-settur tas-servizzi finanzjarji pajjiżna wasal fi stadju fejn ħadd qatt ma basar li se naslu – li nesploraw dinja ġdida , fdan il-kaz id-dinja diġitali u tan-negozju.

Indirizzat wkoll il-konferenza ta’ KPMG id-deputat Kristy Debono li minn naħa tagħha rringrazzjat lill-istakeholders kollha li jaħdmu fis-settur tas-servizzi finanzjarji. Dan għaliex li kieku ma kienx għall-viżjoni tal-politiċi u għad-determinazzjoni tal-istakeholders, kieku żgur pajjiżna ma kienx jikseb dan is-suċċess li hu parti minn dak li tiġġenera l-ekonomija tal-pajjiż. Kristy Debono semmiet kif dan is-settur espanda għal 36 % fl-aħħar sitt snin.

Waqt il-Konferenza Technology 2020 kienet trattata wkoll it-teknoloġija finanzjarja. Il-Kelliema kollha waqt il-konferenza rrimarkaw li rridu naħsbu għall-investiment fil-futur u kif din it-tip ta’ teknoloġija bħal Fintech tista’ toffri pjattaformi ġodda ta’ suċċess.