Studenta tal-MCAST, Irisann Maria Agius, żviluppat applikazzjoni f’forma ta’ logħba għall-mobile disinjata għas-Service Dogs Malta Foundation.
L-idea ta’ din l-app ġiet żviluppata fuq inizjattiva tas-Service Dogs Malta Foundation biex irawwmu aktar kuxjenza dwar il-kundizzjoni Hypoglycemia.
Il-logħba hi ddisnjata madwar ix-xogħol li jagħmel service dog biex javża lil sidu li l-livell taz-zokkor fid-demm qed jogħla jew jinżel.
Matul it-tnedija ta’ din l-app iggradwaw wkoll tlett iklieb tar-razza Golden Labrodor Retreivers. Buddy, Harley u Faith issa huma uffiċjalment service dogs li se joffru sapport għal tfal bl-awtiżmu.
Iċ-ċertifikat tal-gradwazzjoni għal dawn il-klieb ingħata lill-ġenituri tat-tfal li se jgawdu mis-servizz tal-Klieb. B’hekk Buddy, Harley u Faith issa huma assenjati rispettivament għand Nicholas ta’ tlett snin, Jake ta’ 9 snin u Thomas ta’ 4 snin. Anke bħala ġenituri ngħataw taħriġ flimkien mall-klieb biex anke jibnu l-kuntatt magħhom.
Minn naħa tas-Service Dogs Malta Foundation tkellimna ma’ Joanne Cremona li spjegat li t-taħrig li jingħataw il-klieb jdum sentejn. Joanne spjegat wkoll kif fil-każ ta’ Harley din se tkun tista’ tibda tmur l-iskola ma’ Jake. Kull kelb biex jingħata t-taħriġ jiġi jiswa’ madwar €15,000. Bħalissa hemm sitt iklieb oħra li qed jingħataw taħriġ mis-service dogs malta foundation.
//= $special ?>