Edukazzjoni Lokali

LIVE: Jibdew il-quddies ta’ ringrazzjament għall-gradwati ġodda

Fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann bdiet il-quddies marbuta maċ-ċeremonji tal-gradwazzjoni. Dan hekk kif qed jiggradwaw mat-3,300 student mill-Università ta’ Malta, hekk kif il-gradwati ġodda kollha jinġabru f’dawn il-jumejn f’ċelebrazzjoni ta’ ringrazzjament.

L-ewwel quddiesa qed issir illejla u t-tieni quddiesa ssir għada l-Ġimgħa filgħaxija fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann il-Belt.

Imbagħad, iċ-ċeremonji jsiru matul il-ġimgħa bejn it-13 u l-21 ta’ Novembru jew fis-Sala Temi Zammit tal-Università f’Tal-Qroqq, jew inkella fl-Università l-Antika tal-Belt.