Lokali Saħħa

“Missna nistħu b’din l-oxxenita'” – is-Soċjologu Andrew Azzopardi

Bħalissa missna nistħu ngħidu li għandna servizzi ta' saħħa 'state of the art'

Id-dekan fl-Universita’ ta’ Malta Andrew Azzopardi ma ddejjaq xejn juża Facebook biex jesprimi r-rabja tiegħu għall-istat li jinsab fih l-Isptar Monte Karmeli. Dan wara li fl-aħħar ġimgħat l-istess sptar ġie kundannat mill-periti imqabbda mill-Ministeru tas-Saħħa.

Andrew Azzopardi kiteb hekk:
“Konna nħallu din il-pastazata kieku l-isptar ma kienx għal persuni bi problemi ta’ saħħa mentali?
Jekk din l-oxxenita’ għadha hemm bħalissa missna nistħu ngħidu li għandna servizzi ta’ sahha ‘state of the art’, politika soċjali ġusta u ġeneruża, rispett lejn min huwa fil-bżonn u vulnerabbli – missna nisthu kollha kemm aħna li nbexxqu għajnejna għal dan – x’ socjeta’ ħanina hi din?”

Intant, jidher li l-MUMN tat ultimatum lill-Gvern biex jindirizza din il-kriżi f’Monte Karmeli.