Lokali

Ryan Callus u Alex Muscat jżuru kamp tar-refuġjati fil-Bangladesh

Il-Membri Parlamentari Ryan Callus u Alex Muscat bħalissa jinsabu fil-Bangladesh fejn qed iżuru kamp tar-refuġjati tar-Rohingya f’Cox’s Bazar.

Il-MP ħadu l-inzjattiva u ngħaqdu mad-delegazzjoni tal-Brittanja wara li l-Ispeaker Anġlu Farrugia tkellem dwar il-kriżi tar-Rohingya waqt il-ftuħ tas-63 Konferenza Parlamentari tal-Commonwealth. Huwa kien qal biex il-kwistjoni tissejjaħ ‘kriżi umanitarja kbira’. Il-parteċipanti tal-konferenza infatti laqgħu din il-proposta u esprimew solidarjetà mall-Bangladesh, pajjiż membru tal-Commonwealth.

Din id-dikjarazzjoni gawdiet mis-sapport taċ-Ċerpersin ta’ CPA u tal-Ispeaker tal-Parlament tal-Bangladesh Shirin Sharmin Chaudhury.

Lord George Foulkes mill-House of Lords qed imexxi d-delegazzjoni. Foulkes iddeskriva il-‘kriżi’ bħala ‘ġenoċidju’.