Sewwieq ta’ mutur ta’ 54 sena weġġa’ gravi wara li dalgħodu għall-ħabta tal-11:00am kien involut f’inċident ma’ trailer.
L-inċident seħħ fi Triq Sir Temi Zammit, l-Imġarr meta għal xi raġuni seħħ impatt bejn il-mutur tat-tip Yamaha misjuq mir-raġel minn Santa Luċija u rota li nqalat minn trailer li kien qed jinstaq fid-direzzjoni opposta.
Is-sewwieq tal-mutur ittieħed permezz t’Ambulanza lejn l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni dwar dan l-inċident għadha għaddejja.
//= $special ?>

