Il-midfielder ta’ Balzan, Carlos Eduardo de Fiori Mendes huwa l-BOV Plejer tax-Xahar għal Ottubru 2017.
Magħruf bħala Cadù, il-Brażiljan ta’ 31 sena għandu preżenza b’saħħitha f’nofs il-grawnd ta’ Balzan permezz ta’ passaġġi preċiżi li jagħtu bidu għall-istrateġija offensiva tat-tim.
Il-preżenza tiegħu f’nofs il-grawnd wasslet lil Balzan biex jagħtu l-ewwel telfa tal-istaġun lil Gżira u kien protagonist fl-ewwel gowl fir-rebħa ta’ 2-1 fejn ġie wkoll ivvutat il-plejer tal-logħba.
Il-Manager tal-Fergħa ta’ Birkirkara tal-Bank of Valletta Bernard Azzopardi, ppreżenta it-trofew tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Ottubru lil Cadù li għażel Puttinu Cares biex jibbenefikaw mid-donazzjoni assoċjata ma’ dan l-unur.
//= $special ?>