Illejla jixxandar programm ieħor sportiv mis-sensiela popolari tal-Ġimgħa filgħaxija, Replay Preview fuq Net Television. Fil-programm tal-lum, ippreżentat minn Sarah Agius, se jkun hemm gwida interessanti u dettaljata għall-partita ta’ ħbiberija ta’ nhar il-Ħadd li ġej f’Ta’ Qali, li Malta se tkun qed tilgħab kontra l-Estonja. Din se tkun l-ewwel partita tal-kowċ nazzjonali l-ġdid, Tom Saintfiet ma’ Malta. Fil-programm tal-lejla se jkun hemm il-kummenti ta’ Saintfiet qabel din il-partita u kummenti ta’ plejers oħra magħżula għall-partita ta’ nhar il-Ħadd li ġej.
Servizz interessanti u mhux ta’ min jitilfu se jkun dak mir-rubrika ‘Eku tal-Passat’ fejn se mmorru lura fiż-żmien għal 24 sena llu meta fl-1993 Malta kisbet rebħa storika kontra l-Estonja f’Tallin. Is-servizz li se jixxandar diġa’ deher għall-ewwel darba f’Marzu ta’ din is-sena fuq Net Television u llejla, la darba se nkunu qed nitkelmu dwar l-Estonja, Replay Preview se jabbina dan is-servizz ma’ rebħa storika ta’ Malta lilhinn minn xtutna.
F’Replay Preview tal-lejla jkun hemm ukoll l-intervista tal-ġimgħa mir-rubrika ‘X’Sar Minnhom?’ fejn illum Christian Micallef se jkun qed jintervista lill-eks plejer internazzjonali Malti, Stefan Giglio fl-istabbiliment popolari fil-Qawra, Cheeky Monkey Gastropub. Illejla jkun hemm ukoll servizz dwar is-‘Save’ tax-Xahar għal Ottubru sponsorjat minn Betsson Group. Ir-rebbieħ hu l-gowlkiper ta’ Tarxien Rainbows, Christian Cassar li għamel save mill-isbaħ fuq konklużżjoni akrobatika tal-attakkant Luke Montebello fil-partita kontra Birkirkara.
Mill-kampjonati l-oħra tal-MFA, fit-tmiem il-ġimgħa jkun hemm biss partiti mill-Kampjonat tat-Tieni Diviżjoni fejn mill-partiti kollha tispikka l-logħba bejn il-leaders tal-Kampjonat, Swieqi United u t-tim li jinsab fit-tieni post, Kalkara. Din il-partita tintlagħab għada s-Sibt, fis-2pm fl-iStadium tas-Sirens u f’Replay Preview tal-lejla se jkun hemm servizz speċjali dwar il-preparazzjoni taż-żewġ timijiet rispettivi, b’kummenti tal-kowċis Billy Mock ta’ Swieqi u Trevor Thomas ta’ Kalkara.
Il-programm tal-lejla għandu ukoll servizz speċjali dwar il-bidu mill-aqwa ta’ Qormi fil-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni fejn wara seba’ partiti jinsabu l-ewwel fil-klassifika, b’sitt rebħiet u draw u għandhom seba’ punti vantaġġ fuq it-timijiet ta’ warajhom. Fil-programm tal-lejla nitkelmu mal-President tal-klabb, Victor Camilleri u l-kowċ Brian Spiteri.
Replay Preview jixxandar illejla, il-Ġimgħa fid-9:35pm fuq Net Television u għandu presentazzjoni ta’ Sarah Agius. Christian Micallef hu l-moħħ ta’ dan il-programm u flimkien ma’ Stephen Chircop jipproduċu din il-produzzjoni sportiva b’differenza minn kwalunkwè programm ieħor sportiv u dwar il-futbol lokali f’Malta. George Cassar u Stewart Said huma parti mill-produzzjoni ta’ dan il-programm.
Ħajr speċjali lill-isponsors tal-programm: Cheeky Monkey Gastropub tal-Qawra, Cheeky Monkey Gastropub tal-Belt Valletta, Bavaria Lager Malta, 33 Lager Malta, Videoslots.com, Konica Minolta u Office Group, Floors Of Stone, Betsson Group, Lanutti u JetFreight LimitedLimited, Weetabix Protein, Go Sport Malta, Lynx u Malta Football Players Association.
//= $special ?>