L-Iżvezja kisbu rebħa importanti fit-tama tagħhom li jikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja meta b’wirja pożittiva fil-Friends Arena għelbu lit-tim nazzjonali Taljan 1-0. Il-gowl deċiżiv wasal fil-61 minuta meta minn azzjoni ta’ throw-in, il-ballun spiċċa fid-direzzjoni ta’ Jakob Johansson li x-xutt indirizzat lejn il-lasta ħabat ma’ sieq Daniele de Rossi u qarraq b’Gianluigi Buffon.
Wara dan il-gowl, l-unika reazzjoni denja tal-Italja waslet fis-70 minuta b’xutt minn barra l-kaxxa ta’ Matteo Darmian li ħabat mal-wieqfa. Lejn it-tmiem l-Italja tefgħu kollox fuq l-attakk iżda ftit kienu ta’ periklu għal Olsen, b’xuttijiet ta’ Immobile u Insigne li spiċċaw barra.
Il-partita ta’ ritorn tintlagħab it-Tnejn li ġej fid-8.45pm f’San Siro, bl-Italja trid tirbaħ b’distakk ta’ żewġ gowls.
//= $special ?>