Il-Pulizija Taljana arrestat mafjuż magħruf wara attakk mhux ipprovokat fuq ġurnalista f’subborg ta’ Ruma li qajjem agħa sħiħa fil-pajjiż.
Agħfas hawn biex tara l-filmat
Daniele Piervincenzi, tar-Rai, kien qed jistaqsi lill-mafjuż – li għandu lil ħuh kap tal-mafja li qed jinżamm il-ħabs – rigward il-lealtajiet politiċi tiegħu, meta, f’ħin u waqt, hu spiċċa aggredit bla ħniena. L-inċident seħħ fis-subborg ta’ Ostia u nqabad kważi kollu kemm hu fuq kamera li kienet għaddejja dak il-ħin.
Spada, wara, spiċċa arrestat għal aggrediment ‘xprunat mill-vjolenza tip mafjuża’, bil-prosekuturi jgħidu li l-atteġġjament tiegħu kien tipiku tal-metodi li jużaw il-gruppi tal-kriminalità organizzata biex jikkontrollaw it-territorji tagħhom. Intant, Roberto Spada qed jiffaċċja massimu ta’ tliet snin priġunerija għall-aggrediment.
//= $special ?>

