Internazzjonali Unjoni Ewropea

May tistabbilixxi d-data għall-Brexit

Il-Prim Ministru Theresa May qalet li kienet fasslet pjani li jistabbilixxu bl-eżatt meta uffiċjalment ir-Renju Unit jitlaq minn membru tal-Unjoni Ewropea.
Din se tkun il-Ġimgħa 29 ta’ Marzu tal-2019 fil-11pm, ħin ta’ Londra. Dan se jsir permezz ta’ emenda li se ssir fil-Withdrawal Bill, l-abbozz ta’ liġi li tikkonċerna t-tluq tal-pajjiż mill-UE.
L-abbozz se jkun diskuss fil-Parlament il-ġimgħa d-dieħla imma May wissiet kontra sforzi biex dan il-proċess jitwaqqaf u saħansitra jiddewwem.
May qalet dan f’artiklu għal The Daily Telegraph.