Il-mara kienet iddaħlet l-Isptar Mater Dei fejn ma rriżultax li kien hemm konsegwenzi fuq it-tarbija fil-ġuf – tmut ftit tal-ħin wara.
Inċident tat-traffiku li seħħ nhar is-Sibt li għadda fit-Telgħa tax-Xemxija kellu żvolta oħra. Dan hekk kif it-tarbija ta’ 5 xhur li kienet qed iġorr f’ġufha t-Taljana ta’ 26 sena invluta fil-ħabta, sfortunatament mietet. Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li kawża ta’ dan l-iżvilupp, infetħet immedjatament inkjesta mill-Maġistrat Anthony Vella.
Iż-żagħżugħa, residenti l-Mellieħa kienet tilfet il-kontroll tal-vettura bil-konsegwenza li baqgħet dieħla f’karozza oħra. Il-mara kienet iddaħlet l-Isptar Mater Dei fejn kienet ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi ħfief u ma rriżultax li kien hemm konsegwenzi fuq it-tarbija fil-ġuf.
Madanakollu wara li t-tfajla ntbagħtet lura id-dar allegatament żviluppaw kumplikazzjonijiet li sfortunatament waslu sabiex it-tarbija li kienet fil-ħames xahar tat-tqala tilfet ħajjitha.
//= $special ?>


