Edukazzjoni Lokali

Tlett elef student se jigradwaw mill-Universita’ ta’ Malta f’dawn il-jiem

Ritratt: Universita' ta' Malta
F’dawn il-jiem, l-Universita’ ta’ Malta se tkun qed torganizza ċ-ċerimonji tal-gradwazzjoni għall-istudenti gradwati

F’dawn il-jiem, aktar minn tlett elef student mill-Universita’ ta’ Malta se jkunu qed jigradwaw wara snin twal ta’ studju fid-diversi korsijiet fl-livelli ta’ Diploma, Baċellerat, Masters u Dottorat.

Fi 28 ċerimonja, madwar 2,000 mara u 1,000 raġel se jigradwaw.

Mit-13 sal-21 ta’ Novembru, fis-Sala Sir Temi Zammit fl-Universita’, studenti li gradwaw f’livell ta’ Diploma u Baċellerat jingħataw ir-rikonoxximent għall-istudji tagħhom b’ċertifikat mill-Alma Mater. Dan filwaqt li dawk li gradwaw f’livell ta’ Masters u Dottorat issir ċelebrazzjoni fil-Knisja tal-Universita’ l-Antika fil-Belt Valletta.

Fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta saru l-quddies ta’ gradwazzjoni – filwaqt li l-ġimgħa ddieħla jibdew iċ-ċerimonji fl-Universita’ ta’ Malta. Filfatt il-Ħamis saret il-quddies għall-fakultajiet Built Environment; Dental Surgery; Ekonomija, Management u Accountancy; Mediċina; Health Sciences; u l-Istituzzjonjie; Ċentri; u School of Performing Arts. Il-Ġimgħa saret il-quddies għall-fakultajiet tal-Arti; Edukazzjoni; Inġinerija; Liġi; Xjenza; Komunikazzjoni u Informazzjoni; Tekonoġija, Media u Knoweldge Sciences; Social Wellbeing; u Teoloġija.