Edukazzjoni Lokali

60 student u studenta jiggradwaw mill-Global College Malta

Il-Ġimgħa filgħaxija gradwaw 60 student u studenta mill-iStudy World Global College Malta.

L-istudenti gradwaw b’diversi kwalifiki differenti – fosthom b’baċċellerati fil-Management u Masters fil-Business Administration, il-Management u l-Human Resources Management.

Il-Global College Malta hija waħda mill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla f’Malta.

Għal din iċ-ċeremonja, li saret f’lukanda f’San Ġiljan, attendiet il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca.