Waqt riċeviment li sar fil-Ministeru għas-Saħħa, 92 spiżjar, ħdax-il qualified person u tmien pharmacy technicians ingħataw il-liċenzja biex ikunu jistgħu jeżerċitaw il-professjoni tagħhom.
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne filwaqt li awgura kull suċċess fil-bidu tal-karriera tagħhom lil dawn il-professjonisti żgħażagħ, qal li l-qasam tal-farmaċija u tar-riċerka qatt ma kien qasam ħaj bl-opportunitajiet daqs illum.
“Ta’ kuljum naraw mediċini ġodda li qegħdin jiġu żviluppati, mediċini li jistgħu jfissru ħajja ġdida għal pazjent. Barra l-lat ta’ riċerka, l-ispiżjar fil-komunità għandu rwol importanti ħafna fil-ħajja tal-klijenti tiegħu qal id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.
//= $special ?>

