Ir-raba’ edizzjoni ta’ Jchallenge qed titella’ bejn l-għaxra u t-tnax ta’ Novembru fi Ġnien Raymond Caruana fil-Gudja. Din l-attività qed titella’ mill-Grupp Żgħażagħ Gudja b’kollaborazzjoni ma’ Aġenzija Żgħażagħ.
Dawn it-tlett ijiem huma ċelebrazzjoni ta’ xogħol volotarju permezz ta’ villaġġ żgħażugħ fejn diversi organizzazzjonijiet soċjali u non-governattivi provdew sfidi li jesebixxu l-għaqda u l-ħidma ġo grupp. Il-motto ta’ din l-attività għal din is-sena huwa #iConnect, li tissimbolizza ir-relazzjoni bejn l-individwu u s-soċjeta, filwaqt li tilqa’ id-diversità.
Net News tkellem ma’ Sefan Caruana mill-Grupp Żgħażagħ Gudja fejn spjega l-għan ta’ din l-attivita. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, żar din l-attività filwaqt li ltaqa’ maż-żgħażagħ u pparteċipa ukoll f’uħud minn dawn l-isfidi.
//= $special ?>