Wara li rebħet Miss World Malta, il-mudella Michela Galea, qed tirrapprezenta lil Malta f’Miss World 2017, fiċ-Ċina.
Il-mudella ta’ dsatax -il sena mill-Imġarr issa għaddiet għall-aħħar fażi tal-kompetizzjoni tat-talent, waħda mill-kompetizzjonijiet fi ħdan Miss World. Rebħa f’din il-kompetizzjoni awtomatikament issarraf sabiex Malta tkun fil-finali tal-konkors.
Il-finali tas-sebgħa u sittin edizzjoni ta’ dan il-konkors ser issir fit-tmintax ta’ Novembru 2017.
//= $special ?>