Argument ġo każin fil-Belt Valletta iħalli raġel b’feriti gravi. Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tas-sitta u għaxra, f’każin li jinsab fi Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta – għal xi raġuni kien qam argument bejn raġel ta’ 68 sena li joqgħod il-Belt Valletta stess u raġel ieħor li mhux magħruf.
Jidher li waqt l-argument ir-raġel ta’ 68 sena kien qiegħed fil-Każin La Valette, fejn allegatament safa’ imbuttat mill-istess persuna bil-konsegwenza li waqa’ u sofra xi ġrieħi.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-anzjan l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn, iktar tard, ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.
//= $special ?>