Lokali

Imfakkar Jum it-Tifkira

Il-Ħadd saret ċelebrazzjoni tal-Quddies fl-okkażjoni ta’ Jum it-Tifkira. Il-Quddiesa li saret fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, kienet immexxija mill-Arċisqof Mons. Charles J. Scicluna. Qabel il-quddiesa, il-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca spezzjonat gwardja tal-unur tal-Forzi Armati ta’ Malta fejn ħadet sehem ukoll il-banda tal-Forzi Armati.

Hu beda billi fakkar f’dawk li tilfu ħajjithom bħala vittmi għall-valuri tal-libertà. Fl-omelija, l-Arċisqof semma’ li tilfu ħajjithom miljuni ta’ suldati, bil-maġġoranza tagħhom kienu żgħażagħ, li ħallew ħajjithom minħabba l-ubidjenza. Dan għaliex kienu taħt il-kmand ta’ min kien arroganti f’kunflitti agressivi ta’ ħakma.

Uħud minn dawn il-vittmi mietu wkoll għal-libertà tal-gżejjer Maltin. Żied jgħid li dan huwa mument fejn għandna mpenn biex niddefendu l-valuri li huma ddefendew.

L-Arċisqof talab biex ninħelsu minn imħuħ iebsa u ma jinbiedx dak li jagħmel il-gwerrer. Sostna li għandna nitgħallmu nirrispettaw lil xulxin.

Wara l-quddiesa saret ċerimonja ta’ tifkira ħdejn il-Monument tal-Gwerra fil-Furjana. Matul din iċ-ċerimonja tqiegħdu kuruni mal-Monument mill-ogħla awtoritajiet nazzjonali u persuni distinti. Fosthom il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia.