Fuq il-midja soċjali bħalissa qed jiċċirkola filmat tal-Ministru Konrad Mizzi waqt party li sar ilbieraħ f’Londra qabel l-MTV European Music Awards.
Il-filmat kien pubblikat fuq instagram mill-personalita’ tar-reality Geordie Shore, Charlotte Crosby.
Fil-filmat il-Ministru Konrad Mizzi, li jinsab Londra b’xogħol, jidher bilqgħeda b’għajnejh mgħottija waqt li persuna tidher twaħħal sticker fuq idejh. Konrad Mizzi jinsab Londra jattendi għas-serata tal-MTV Europe Music Awards li se jsiru f’Wembley.

Jidher li l-Ministru Konrad Mizzi f’Londra jinsab akkumpanjat minn Sai Mizzi.


