Il-Partit Nazzjonalista għandu l-obbligu li ma jħallix lill-Gvern jgħaddi minn fuq kulħadd qiesu xejn mhu xejn mingħajr rispett lejn l-istituzzjonijiet. Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia waqt attività politika fil-Marsa bit-tema ‘Ġustizzja. Sigurtà. Libertà.’
Adrian Delia semma’ kif il-Kommemorazzjoni tal-Armistizju ta’ 99 sena ilu għada relevanti llum għaliex tfakkar miljuni ta’ żgħażagħ li taw ħajjithom għal-libertà. Huwa qal li l-ġlieda ta’ dawn u ohrajn bħalhom welldu istituzzjonijiet ġodda u b’saħħithom sabiex jipproteġu ir-rebħiet importanti li nkisbu bis-sagrifiċċji ta’ ħafna nies.
Kriżi fl-istituzzjonijiet
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li matul din il-ġimgħa li għaddiet il-Kumitat tal-Parlament Ewropew PANA ippubblika ir-rapport tal-invetigazzjoni tiegħu fejn, fost konklużjonijet oħra, jgħid li l-isitituzzjonijiet f’Malta għandhom livell għoli ta’ indħil politiku.
Adrian Delia qal li l-Gvern ta’ Joseph Muscat daħħal klima fejn kulmin jikkritika l-awtoritajiet jiġi ttimbrat traditur. Huwa qali li, minkejja li ħadd ma jieħu pjaċir li pajjiżu jkun taħt il-lenti tal-kritika, il-Partit Nazzjonalista mhux se jieqaf jgħid li dak li huwa ħażin għandu jinbidel. Adrian Delia qal li l-ħsara lil pajjiżna qed tgħamilha l-kriżi fl-istituzzjonijiet u mhux min jitkellem dwarha.
Il-Gvern waħdu ma jagħmilx demokrazija qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista; din titlob istituzzjonijiet li jiffunzjonaw b’mod awtonomu. Adrian Delia qal li jeżisu istituzzjonijiet importanti bħall-Korp tal-Pulizija, il-Qrati, u l-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali li qiegħin hemm biex iserrħu ras in-nies. Huwa qal li dawn l-istituzzjonijiet għandhom ikunu separati minn xulxin u minn kull indħil tal-Gvern sabiex jiggarantixxu li ċ-ċittadini jkollhom tassew il-libertà.
Iżda l-Kumitat PANA qed jgħid li hemm problema fil-mod kif dawn l-istituzzjonijiet jiffunzjonaw, tenna Adrian Delia. Huwa qal li l-Partit Nazzjonalista issa ilu erba’ snin iwissi dwar dan il-kollass. Huwa qal li l-għażla tal-Gvern Laburista matul dawn is-snin keinet jew li jpoġġi nies li ma jagħmlux xogħolhom sewwa f’dawn l-istituzzjonijiet, jew li jbeżża’ u jimmanipula lil dawk li xogħolhom iridu jagħmluh sewwa.
Il-Korruzzjoni tolqot lil kulħadd
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li ma jaċċettax li l-istat huwa mafjuż għaliex l-istat huwa n-nies u mhux il-Gvern. Huwa l-Gvern, kompla Adrian Delia, li huwa korrott u mhux il-pajjiż. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li qabel l-indħil tal-Gvern Laburista, pajjiżna kien fil-fatt jiffunzjona sewwa b’isitituzzjonijiet li jgħamlu xogħolhom kif suppost. Huwa biss il-Gvern li nbidel, u li bidel il-klima f’pajjiżna qal Adrian Delia.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li dan kollu għandu mpatt fuq il-ħajja tan-nies għaliex illum qed inħossu li m’aħniex siguri f’pajjiżna stess. Huwa qal li t-tort ta’ dan mhux tal-passaġġi li jgħamlu n-nies minn kontinent għal ieħor, iżda huwa tal-Gvern li dgħajjef il-Forzi tal-Ordni u istituzzjonijiet oħra li għandhom id-dover li jħarsuna.
Huwa ċar, qal Adrian Delia, in-nies fil-lokalitajiet mhumiex igawdu mill-ġid li qed joħloq pajjiża. Huwa semma’ kif din il-ġimgħa inkixef kif is-settur tas-saħħa wkoll qed ibati mit-telqa, b’mod partikolari kif deher fl-isptar Monte Karmeli. Il-Kap ta-Partit Nazzjonalista qal li dan mhuwiex aċċettabbli u juri li l-Gvern mhux qed jagħti d-dinjità xierqa lil min huwa marid.
Din il-ġimgħa kompliet toħroġ fid-deher ukoll il-kriżi li hemm fis-settur tal-edukazzjoni, qal Adrian Delia. Huwa qal li l-problemi kibru matul is-snin għaliex il-Gvern ħalla kollox għaddej qiesu xejn mhu xejn minflok fittex soluzzjonijiet.
L-ambjent ukoll qiegħed iħoss l-impatt tat-telqa tal-Gvern, tenna l-Kap tal-Partit Nazzjonalista. Wara erba’ snin ma jagħmel xejn fuq il-problema tal-iskart, tenna Adrian Delia issa l-Gvern induna li s-sitwazzjoni saret serja u jrid jipprova jdaħħal lill-Partit Nazzjonalista bħala parti mill-problema.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li huwa ta’ kuraġġ li tara s-soċjetà ċivili u l-ġurnalisti jqumu u jgħamlu l-biċċa mportanti tagħhom. Iżda, tenna Adrian Delia, sabiex in-nies ikunu tassew jistgħu jgħixu fil-ġustizzja, l-libertà, u s-sigurtà, irid ikun għal darb’oħra il-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>

