Kurżitajiet

L-ewwel ktieb interattiv f’Malta

Id-Dinja tal-Orsini huwa serje ta’ kotba interattivi miktubin minn Ruth Frendo.

Dawn il-kotba li huma immirati għat-tfal bejn it-tlieta u sitt snin huma kotba li jieħdu il-ħajja permezz ta’ app. B’hekk it-tfal għadhom l-opportunità li jaraw b’mod viżwali dak li jkunu qraw. Din is-sensiela ta’ żewġ kotba titratta dwar ħames orsini li jitgħallmu mill-avventuri li jgħaddu minnhom.

Sabiex dawn il-kotba setgħu ikunu possibbli kien hemm mijiet ta’ nies involuti kif ukoll studenti tal-Mcast li bnew is-set grazzi għal-Malta Film Fund. Intant, dan il-proġett kien wieġed twil u ta’ ħidma intensiva li ħa b’kollox sitt snin.

Madankollu, din is-serje mhux l-unika waħda li kitbet Ruth Frendo, hekk kif għall-ewwel darba ukoll ser jinħareġ film ibbażat fuq il-ktieb Il-Misteru tal-Għoġol Tad-Deheb. Dan il-film li mistenni joħroġ fil-ħmistax ta’ Diċembru huwa immirat għal-familja kollha.

Net News tkellem mal-awtriċi, Ruth Frendo fejn spjegat l-idea u ix-xogħol wara dawn il-kotba interattivi għat-tfal.