Raġel iweġġa’ gravi f’inċident stradali bil-mutur.
Ilbieraħ, għall-ħabta tas-sebgħa neqsin għaxra ta’ filgħaxija, seħħ inċident stradali fi Triq Dun Gaetano Mannarino, Birkirkara.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel ta’ 35 sena, residenti l-Imġarr kien qed isuq mutur tat-tip Yamaha T115, meta, għal xi raġuni tilef il-kontroll, ħabat ma’ bankina u kellu impatt ma’ xi bollards.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard, huwa ġie iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.
//= $special ?>