Fuq il-media soċjali, qed iduru ritratti ta’ żagħżugħ b’feriti ta’ daqqiet f’wiċċu u feriti f’siequ.
Skont l-istess żagħżugħ, ir-raġuni wara s-swat li qala’ kien għax hu gay. F’din il-post li tefa’ bħala risposta għal min allegatament aggredih, hu stqarr li m’għandux għalfejn ibiddel min hu għal wiċċ ħaddieħor. Kompla li hu kuntent kif iħossu, u se jibqa’ hekk sal-ġurnata tal-mewt tiegħu. Kien hawnhekk li staqsa jekk hu għandux xi ħaġa inqas minn ħaddieħor għax hu gay.
Iż-żagħżugħ stqarr “Għalfejn għandek issawwatni għax jien gay?”.
//= $special ?>

