Tfajla ta’ 18-il sena minn Birżebbuġa sofriet ġrieħi gravi, wara li waqgħet minn fuq żiemel.
Kien għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs, li l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Delimara, Birżebbuġa.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fil-post u rriżulta li mara ta’ 18-il sena, waqgħet min fuq żiemel.
Fil-post issejħet ambulanza li ħadet il-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard, hija ġiet iċċertifikata li qegħda ssofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.
//= $special ?>