Futbol Sport

FA TROPHY – Jispikkaw erba’ konfronti bejn timijiet tal-Premier

Illum f’Ta’ Qali ttellgħu l-poloz tat-tielet u r-raba’ rawnd tal-FA Trophy u bla dubju l-aktar partiti interessanti f’dan it-tielet rawnd se jkunu dawn bejn klabbs tal-Kampjonat BOV Premier.

Valletta jilagħbu kontra Sengela Athletic, Naxxar Lions jiltaqgħu kontra l-holders Floriana u Gżira United jilagħbu kontra Ħamrun Spartans.

Il-partiti jintlagħbu kollha bejn l-1 u t-3 ta’ Diċembru li ġej filwaqt li l-partiti tar-Raba’ Rawnd jintlagħbu bejn l-20 u l-21 ta’ Jannar tal-2018.

Il-poloz tat-tielet rawnd huma dawn:
Balzan – Gudja Utd
St. Lucia – Birkirkara
Valletta – Senglea A
Naxxar L – Floriana
Hibs – Victoria H
St Andrews – Sliema W
Lija Athletic – Kalkara
Xewkija T – Vittoriosa S
San Ġwann – Melita
Qrendi – Qormi
Kerċem A – Żebbuġ R
Marsaxlokk – Żejtun C
Siġġiewi – Pietà Hotspur
Mosta – Mqabba
Gżira United – Ħamrun S
Swieqi – Tarxien Rainbows

Il-poloz tar-raba’ rawnd huma dawn:
Swieqi / Tarxien vs Lija / Kalkara
Kerċem / Żebbuġ vs Qrendi / Qormi
Hibs / Victoria vs Xewkija / Vittoriosa
Balzan / Gudja vs Naxxar / Floriana
Siġġiewi / Pietà vs Valletta / Senglea
Gżira / Ħamrun vs St. Andrews / Sliema
Mosta / Mqabba vs Marsaxlokk / Żejtun
Santa Lucia / Birkirkara vs San Ġwann / Melita