Lokali Qorti

Fil-Qorti jibda jinstema’ l-każ tal-mara li nstabet f’toqba taħt l-art fil-Kalkara

Illum fil-Qorti se tibda tinstema’ l-kumpilazzjoni fil-każ ta’ Natalie Williams li fit-30 ta’ Ottubru li għadda instabet f’kamra taħt l-art mitlufa minn sensiha wara li poġġiha r-raġel tagħha stess. Fil-fatt Roddy Williams, ir-raġel ta’ Natalie, qed ikun akkużat li pprova joqtol lil martu billi poġġiha f’kamra taħt l-art u ħalliha hemm għal tlett ijiem sħaħ fid-dlam, mingħajr ikel u xorb.

Ir-raġel ta’ Natalie tressaq il-Qorti fil-bidu tax-xahar u wieġeb mhux ħati li pprova joqtol il-mara tiegħu. Minkejja dan hu qed jinżamm taħt arrest.

FILMAT: Il-mument li r-raġel ta’ Natalie Williams nqabad mill-qraba tagħha u rabtuh b’ħabel

Fl-istess post fejn instabet Natalie Williams kien inqatel tifel ta’ 10 snin