B’irwiefen b’saħħithom jolqtu lit-tramuntana ta’ Malta, għall-ħabta tas-7,30pm parti mis-saqaf tal-istabbiliment tal-LIDL fil-Mosta tqaċċat u spiċċat fil-parkeġġ. Skont rapporti ta’ persuni li kien hemm fil-post jidher li kien hemm tromba li laqtet il-post u kkawżat il-ħsarat. Nies mill-post qalulna li l-ħġieġ tal-binja tal-LIDL tkissru u s-saqaf tar distanza kbira ta’ madwar tliet toroq lil hinn mil-LIDL. Mhux magħruf jekk kienx hemm xi ħsara fuq il-vetturi li kienu pparkjati fil-parkeġġ.
Fortunatament, skont kelliem għall-pulizija, jidher li ma hemmx rapporti ta’ persuni midruba.
Jidher li t-tromba laqtet l-aktar l-inħawi tal-Mosta u n-Naxxar u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili rċieva diversi rapporti ta’ siġar u ċnut imwaqqgħin minħabba dan il-maltemp. Ritratti u filmati ta’ Joe Francalanza juru ħsarat li sar b’kawża tal-maltemp fi Triq l-1 ta’ Novembru fil-Mosta.
Filmati: Joe Francalanza, Muntaġġ: Kevin Bonello
//= $special ?>