Lokali

Għada fit-3p.m. – segwi live id-dibattitu fil-Parlament Ewropew dwar is-saltna tad-dritt f’pajjiżna

Għada fit-3 ta’ waranofsinhar netnews.com.mt flimkien ma’ Net Television u Radio 101 se jxandru b’mod dirett id-dibattitu fil-Parlament Ewropew dwar is-saltna tad-dritt f’pajjiżna.

Dan waqt li għada wkoll fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu se tkun inawgurata l-kamra tal-Konferenzi tal-aħbarijiet li se tissemma għall-ġurnalista Daphne Caruana Galizia li nqatlet f’karozza bomba.

Wara x-xandira live mill-Parlament Ewropew, fil-programm Net Live għada se ssir ukoll diskussjoni dwar dak li jkun ġie diskuss fil-Parlament Ewropew.