Lokali

FILMAT: Gradwati ġodda jiċċelebraw fid-Dar Ċentrali – Jiltaqgħu mal-Kap tal-PN Adrian Delia

Waqt li llejla jibdew iċ-ċerimonji tal-gradwazzjoni tal-Universita’ ta’ Malta, li fi 28 ċerimonja se jigradwaw aktar minn 2,300 student, dalgħodu bdew il-buscades, bl-istudenti jiċċelebraw flimkien is-suċċess fl-istudji tagħhom.

Dalgħodu studenti li ggradwaw mill-iStudy World Global College Malta waqt li bdew jiċċelebraw, żaru d-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista fejn il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia sab il-ħin u ltaqa’ mal-gradwati.

L-istudenti ggradwaw b’baċċellerati fil-Management u Masters fil-Business Administration, il-Management u l-Human Resources Management.

B’hekk issa jmiss li jibdew iċ-ċelebrazzjonijiet tal-istudenti tal-Universita ta’ Malta li jibqgħu għaddejjin sas-7 ta’ Diċembru.