Il-PBS injora għal kollox talba li saret mil-Partit Nazzjonalista biex l-istazzjon Nazzjonali jxandar d-dibattitu li se jsir fil-Parlament Ewropew dwar is-saltna tad-dritt f’pajjiżna.
Fit-talba li ressaq nhar il-Ġimgħa li għadda l-Partit Nazzjonalista talab lil-Kap tal-aħbarjiet tal-PBS biex ixandar dan id-dibattitu b’mod dirett kemm fuq is-sit elettroniku www.tvm.com.mt kif ukoll fuq l-istazzjon TVM.
Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija qal li minkejja li din it-talba speċifika saret nhar il-Ġimgħa li għadda, l-istess talba ġiet injorata.
Hawn taħt hija l-ittra li l-Partit Nazzjonalista bagħat lill-PBS.



