Lokali

Inizjattiva li tinvolvi l-pets tal-istudenti fil-Happy School tar-Rabat Għawdex

Dalgħodu ġewwa Happy School Victoria Gozo l-Kap tal-iskola Lelio Spiteri beda l-inizjattiva li studenti li għandhom pet u dan ikun se jagħlaq żmienu, jista’ jġibu l-iskola u flimkien l-istudenti kollha tal-iskola jiċċelebraw għeluq snin il-pet. Din l-inizjattiva bdiet b’għeluq snin il-kelb tal-istudent John Gatt li kien akkumpanjat minn ommu Orietta. L-iskop ta’ din l-inizjattiva hu li t-tfal minn eta żgħira jitghallmu li l-annimali huma ħbieb tal-bniedem.