Futbol Sport

Ippreżentat il-ballun tat-Tazza tad-Dinja 2018

F’dawn l-aħħar jiem ġie ippreżentat il-ballun uffiċjali għat-Tazza tad-Dinja tas-sajf li ġej li se ssir fir-Russja.

Il-ballun jismu ‘Telstar 18’. Il-ballun hu ddisinjat bl-aħħar teknoloġija u manifatturat mill-kumpanija Adidas. Dan il-ballun hu iswed u abjad, il-mudell klassiku tal-ballun li ilu jintuża fil-passat.

L-għan ta’ dan id-disinn hu li jfakkar lill-partitarji fil-ballun li kien intuża fit-Tazza tad-Dinja tal-1970, meta dakinhar kien ġie inużat għall-ewwel darba ballun b’panels suwed.

Ta’ min jinnota li fil-ballun hemm ċippa elettronika użata normalment fil-mobiles u t-tablets li se tippermetti interattività mill-partitarji permezz ta’ apps speċjali qabel u waqt it-turnament finali.