Lokali

Jibda x-xogħol tat-twaqqigħ tal-fabbriki bħala parti mill-proġett tal-Marsa

Illum beda uffiċjalment it-twaqqigħ tal-fabbriki li hemm fil-Marsa u li x-xogħol hu parti mill-proġett tal-Marsa.

Miż-żona tal-Marsa ta’ kuljum jgħaddu eluf ta’ karozzi u l-proġett se jkun fuq tliet fażijiet, bl-ewwel fażi tikkonsisti fix-xogħol li beda llum, it-twaqqigħ tal-fabbriki.

Il-Proġett se jinkludi il-bini ta’ strutturi ta’ flyovers, faċilitajiet ġodda għaċ-ċiklisti u għat-trasport pubbliku u żieda fl-ispazji għal parkeġġ qrib l-uffiċini tal-midja tal-Partit Laburista.

Ix-xogħol tal-proġett tal-Marsa beda waqt li l-proġett tal-Kappara għadu għaddej u jonqsu diversi ġimgħat biex ikun finalizzat kompletament.