Suċċess għall-mudella Maltija Michela Galea illi illejla għaddiet għall-finali tal-konkors Miss World li qed isir fiċ-Ċina. B’hekk hi se tkun mal-aħħar 40 tfajla f’dan il-konkors tas-sbuħija.
Michela għaddiet għall-finali wara li rebħet il-kompetizzjoni Miss World Talent.
Din hija l-ewwel darba fil-kompetizzjoni Miss World li rrapreżentanta Maltija għaddiet mill-ewwel mal-aħħar 40.
Din hija s-67 edizzjoni tal-Kompetizzjoni Miss World.