Lokali

Muscat f’paniku għaliex ħammeġ isem Malta – Francis Zammit Dimech

Muscat f’paniku għaliex ħammeġ isem Malta u qiegħed taħt pressjoni minħabba l-kolass tas-saltna tad-dritt f’pajjiżna. Sostna dan il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija ffirmata mill-Membru Parlamentari Ewropew Francis Zammit Dimech. Hu sostna li fl-aħħar jiem il-Partit Labusrista ħareġ serje ta’ gideb fuqu u fuq kollegi tiegħu għaliex ma jafx x’ħa jaqbad jgħid u x’jista jagħmel fid-dawl ta’ reżoluzzjoni b’saħħitha kontra l-Gvern korrott immexxi minn Joseph Muscat.

Francis Zammit Dimech fl-istqarrija żied jgħid li Muscat jaħseb li kollox business as usual u allura ħa jkompli bl-ispin biex jiddevja l-attenzzjoni. Konrad Mizzi, l-unika Ministru fl-Unjoni Ewropea msemmi fil-Panama Papers jinsab jiddeverti barra minn Malta meta f’pajjiż demokratiku fejn l-istituzzjonijjet jaħdmu, suppost qiegħed jiġi investigat mill-Puluzija u mill-FIAU.

Francis Zammit Dimech fl-istqarrija żied jgħid li bl-istess argument ta’ Muscat, jekk veru kellu xi kumpanija sigrieta, (li mhux il-każ) u għandu jirriżenja, Zammit Dimech staqsa għaliex Joseph Muscat għadu ma talabx ir-riżenja ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri.

Il-Membru Parlamentari Ewropew Francis Zammit Dimech sostna li l-aktar verita importanti kienet u tibqa li hu, la qatt kellu, la għandu u lanqas qatt behsibu jkollu kumpanija sigrieta fil-Panama jew fi kwalunkwa pajjiż iehor, bil-maqlub ta’ Konrad Mizzj u Keith Schembri. Żied jgħid Francis Zammit Dimech li jisfida lill-Partit Labuirista biex jipprova mod ieħor.

Dan hu f’hiex ġab il-pajjiż Muscat qal Francis Zammit Dimech. Huwa dan l-atteġjament li jagħmel ħsara lil pajjiżna.Il-Membru Parlamentari Ewropew Nazzjonalista Francis Zammit Dimech temm jgħid li hu ser ikompli jiddefendi d-drittijiet taċ-ċittadini Maltin mingħajr ebda biża’ u riservi.