Tal-anqas 400 persuna tilfu ħajjiethom f’terremot qawwi li ħeżżeż il-fruntiera bejn l-Iran u l-Iraq. Terremot li kellu qawwa ta’ 7.3 fuq l-Iskala Richter u ħalla kważi 6,000 persuna midruba. Il-maġġoranza tal-vittmi kienu Iranjani. Fl-Iraq, it-terremot inħass anki fil-kapitali Bagdad fejn in-nies ħarġu fit-toroq bil-paniku. It-tħeżżiż saħansitra nħass f’Iżrael u Dubai.
//= $special ?>Terremot qawwi bejn l-Iran u l-Iraq


