Qatt daqs illum ma kien hemm bżonn li isem Malta jkun salvagwardjat. Il-Membri Parlamentari Maltin qed ikollhom jiddefendu lil pajjiżna quddiem sħabna l-Ewropej minflok jiftaħru bih. Dan qalu l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia waqt konferenza tal-aħbarijiet b’reazzjoni għad-dibattitu fil-Parlament Ewropew dwar is-saltna tad-dritt f’Malta.
Adrian Delia qal li dan id-dibattitu fil-Parlament Ewropew ma sejjħux il-Partit Nazzjonalista iżda kienu l-gruppi politiċi Ewropej diversi li talbuh għaliex ħassew il-bżònn li l-Ewropa tagħti attenzjoni lil dak li qed jiġri f’Malta fejn tidħol is-saltna tad-dritt.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni rringrazzja lill-Membri Parlamentari Ewropej tal-Partit Nazzjonalista David Casa, Roberta Metsola, u Francis Zammit Dimech talli qiegħdin fuq quddiem net jiddefendu isem pajjiżna fl-istituzzjonijiet Ewropej.
It-tnawwir tal-istituzzjonijiet qed jagħmel ħsara lil Malta
Ir-riżoluzzjoni diskussa mill-Membri tal-Parlament Ewropew, qal Adrian Delia, tinnota kif uħud mill-persuni msejjħin b’isimhom fil-Panama Papers aktar minn sena u nofs ilu, għadhom fil-Gvern ta’ Joseph Muscat sal-lum. Huwa qal li r-riżoluzzjoni tistieden lill-Pulizija f’pajjiżna biex tieħu azzjoni minnufih.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni irrifera għar-rapport tal-Kumitat PANA ippubblikat ftit jiem ilu fejn semma’ li l-istituzzjonijiet li jirregolaw is-servizzi finanzjarji f’Malta fihom indħil politiku qawwi. Adrian Delia qal li meta jkun hemm liċenzjar ta’ bank f’pajjiżna, għandu jrid isir eżerċizzju ta’ due diligence bl-ikbar attenzjoni għaliex dan ukoll jaffettwa r-reputazzjoni ta’ pajjiżna.
Wara li ġew żvelati r-rapporti tal-FIAU dwar Pilatus Bank, tenna Adrian Delia, il-Gvern ta’ Joseph Muscat minflok ħa azzjoni biex juri s-serjetà ta’ Malta, baqa’ jaħrab u prova jgħatti kollox taħt it-tapit. Dan qed jagħmel ħsara lil pajjiżna, tenna l-Kap tal-Oppożizzjoni. Il-Kap tal-Oppożizzjoni staqsa għaliex għandha ssir din il-ħsara kollha lil isem pajjiżna.
Adrian Delia semma’ wkoll kif ir-riżoluzzjoni diskussa fil-Parlament Ewropew illum poġġiet taħt il-lenti l-bejgħ taċ-ċittadinanza Maltija. Huwa qal li din l-iskema mhix vera investiment f’pajjiżna kif jipprova jiddeskrivi l-Gvern għaliex minn dan il-flus mhuwiex igawdi l-poplu.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-Partit Nazzjonalista ilu ħafna jiġbed l-attenzjoni tal-Gvern dwar it-tnawwir tas-saltna tad-dritt f’Malta u qal li jeħtieġ li nitkellmu dwar kif se jissaħħu l-istituzzjonjiet u kif se jissaħħaħ pajjiżna.
Adrian Delia qal li għandna naraw għaliex il-Pulizija naqset milli tieħu azzjoni fejn huwa ċar li għandha tinvestiga. Huwa qal li pajjiż b’istituzzjonijiet li ma jiffunzjonawx jispċċa jbiegħed lin-nies u mhux jattirahom.
F’din il-kwistjoni m’hemmx Nazzjonalisti u Laburisti, qal il-Kap tal-Oppożizzjoni iżda hemm biss isem Malta. Huwa qal li rridu nuru li l-Maltin u l-Għawdxin se jiġġieldu biex f’pajjiżna jkun hawn tassew is-saltna tad-dritt.
Adrian Delaia tul din il-konferenza stampa semma’ wkoll bosta risoluzzjonijiet oħra hekk kif qal fost l-oħrajn huwa ta’ tħassib serju li membri tal-Parlament f’Malta huma favur il-bejgħ taċ-ċittadinanza Malija. Adrian Delia semma’ li l-Parlament Ewropew illum poġġa taħt il-lenti l-bejgħ taċ-ċittadinanza Maltija. Dan il-bejgħ l-għan tiegħu skont il-Gvern Laburista huwa biex bħala pajjiż nattiraw aktar investiment. Huwa qal li miżuri bħal dawn mhux vera qed iħajru lil dawk li jixtru ċ-ċittadinenza Maltija biex jinvestu f’pajjiżna, il-għaliex l-investiment mhux isir.
Il-Kap tal-PN qal li din l-iskema hija waħda moħbija, fejn il-Gvern Laburista lanqas ħareġ jekk dawn li qed jixtru ċ-ċittadinanza mhux jagħmlu tassew l-investiment li kien imsemmi f’pajjiżna.
Adrian Delia għamel referenza għal tliet risoluzzjonijiet dwar is-sitwazzjoni f’pajjiżna li ħarġu s-Soċjalisti Ewropej, il-grupp li l-Partit Laburista huwa parti minnu fil-PE. Huma qalu;
- F’Malta hawn theddida diretta għal-libertà tal-espressjoni
- Il-grupp Soċjalista huwa mħasseb dwar l-involviment ta’ politiċi Maltin fl-iskandlu tal-Panama Papers,
- It-tielet osservazzjoni hija li għamlu stedina lill-Gvern Malti biex ikun traspartenti mal-istituzzjonjiet kollha f’pajjiżna.
Ir-reputazzjoni ta’ Malta qiegħda fin-nofs
Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-Partit Nazzjonalista ilu ħafna jiġbed l-attenzjoni tal-Gvern dwar it-tnawwir tas-saltna tad-dritt f’Malta u qal li jeħtieġ li nitkellmu dwar kif se jissaħħu l-istituzzjonjiet u kif se jissaħħaħ pajjiżna.
Adrian Delia qal li għandna naraw għaliex il-Pulizija naqset milli tieħu azzjoni fejn huwa ċar li għandha tinvestiga. Huwa qal li pajjiż b’istituzzjonijiet li ma jiffunzjonawx jispċċa jbiegħed lin-nies u mhux jattirahom.
F’din il-kwistjoni m’hemmx Nazzjonalisti u Laburisti, qal il-Kap tal-Oppożizzjoni iżda hemm biss isem Malta. Huwa qal li rridu nuru li l-Maltin u l-Għawdxin se jiġġieldu biex f’pajjiżna jkun hawn tassew is-saltna tad-dritt.
Ara hawn il-konferenza tal-aħabarjiet;
//= $special ?>