Lokali

Aggressur jaħrab b’idu f’idu wara tentattiv ta’ serqa f’Ħal Tarxien

Karozza tal-Pulizija - Ritratt mill-arkivji

Żewġ anzjani, raġel ta’ 70 sena u mara ta’ 69 sena ma sofrew l-ebda ġrieħi, wara li seħħet serqa mir-residenza tagħhom li tinsab fit-Triq Sqajjaq, Ħal Tarxien. Skont ir-rapporti tal-Pulizija s-serqa ġrat fin-12,30 ta’ waranofsinhar.

Minn stħarriġ preliminari rriżulta li persuna mhux mgħarufa daħlet ġo residenza, waqt li ġewwa kien hemm koppja anzjana.

Il-vittmi allegaw li l-persuna kienet mgħammda u kellu ukoll arma li taqta’ u bil-ponta. L-aggressur rabat lill-vittmi sabiex ma jiċċaqilqux, filwaqt li beda jqalleb fid-dar. L-aggressur ħarab minn fuq il-post mingħajr ma seraq xejn.

Il-pulizija għadha qed tinvestiga dan il-każ.