– Il-Viċi-Kap tal-PN għall-Ħidma fil-Partit Beppe Fenech Adami
Il-Viċi-Kap tal-PN għall-Ħidma fil-Partit Beppe Fenech Adami qal li l-prijorità tal-Ministru tas-Saħħa Konrad Mizzi mhix l-Isptar Montè Carmeli iżda l-kumpaniji tiegħu.
Meta kien qed jitkellem fid-dibattitu parlamentari dwar il-liġi li tiffaċilità ċ-ċittadinanza lill-persuni bi problemi mentali Beppe Fench Adami qal hemm mard mentali li jista’ jkun evitat u għalhekk il-prevenzjoni hi essenzjali. Hu tkellem dwar il-legiżlazzjoni tad-droga rikreattiva f’Malta u qal li l-opinjoni tal-maġġoranza tal-pajjiż u tal-ġenituri hi li din hi kwijtoni ta’ preokupazzjoni.
Hu appella biex il-pajjiż ikun attent u kawt għaliex m’hemmx lok li l-pajjiż ikun avventuruż meta tibda dieħla l-idea li l-persuni għandhom dritt jirrikreaw lilhom nnfushom billi jieħdu droga; liema droga tkun għall-ewwel ħafifa iżda jkun qed jinfetaħ bieb. Din hi triq perikoluża ħafna li l-poplu m’għndux għaliex imur fiha.
Hu kkwota x’jgħidu t-tobba fejn jirriżulta li dan ikun l-ewwel pass biex iż-żgħażagħ jieħdu iktar droga perikoluża. Dawn huma drogi li jġibu problemi kbar fuq il-persuni, sostna Beppe Fenech Adami, li appella lill-Gvern biex jifhem li din il-pożizzjoni tpoġġi lil Malta pass lura billi jintbagħat messaġġ li biex il-persuni jieħdu pjaċir iridu bilfors jieħdu d-droga. Malta m’għandhiex tmur f’din it-triq.
Dwar is-saħħa mentali, Beppe Fenech Adami appella biex il-gvern ma jixxaħħax mas-settur tas-saħħa mentali. Hu kkritika s-sitwazzjoni fl-Ispstar Monte Carmlei fejn hemm anki swali bis-soqfa perikolużi. Il-Gvern kien qal li għandu kollox lest biex jibda jinbena sptar mentali ġdid fosthom li dan kien se jsir f’Mater Dei.
Meta Konrad Mizzi nħatar Ministru tas-Saħħa l-prijorità ma kinitx li jinbena sptar ġdida għall-problemi mentali iżda li hu jiftaħ il-kumpaniji tiegħu fil-Panama u li jbigħ l-isptarijiet f’Malta u Għawdex. Illum erba’ snin wara din il-wegħda, il-pajjiż għad m’għandux sptar mentali ġdid. F’Monte Carmeli hemm numru ta’ persuni li jinsabu hemm għax ġew istituzzjonalizzati; l-integrazzjoni għandha tkun prijorità għal dan is-settur.
Dwar iċ-ċittadinanza, Beppe Fenech Adami qal li quddiem is-sitwazzjoni tal-pajjiż, il-Prim Ministru bħalissa qed ibigħ iċ-ċittadinanza tal-pajjiż f’Hong Kong. Bħalissa qed tinkiser il-liġi għax hi gidba li dawk li qed jingħataw iċ-ċittadinanza qed jagħmlu l-perjodu meħtieġ f’Malta. Il-pajjiż qed jgħix gidba għax ġejjin il-flus; mhux minnu li dawn il-persuni ġejjin Malta qed joħolqu x-xogħol u qed isaħħu l-investiment. L-ebda barrani li ngħata 1-ċittadinza ma wettaq investiment.
Beppe Fenech Adami semma l-AUM u qal li s’issa li ġara kien li l-gvern għadda l-propjetà f’Bormla lil konsorzju li ma jeżistix. Hu qal li l-Gven għadu jirreżisti li jippubblika l-lista tan-nies li jixtru ċ-ċittadinanza minkejja li l-liġi tipprovdi li idn il-lista tkun pubblikata. Issa ID Malta qed tirrijfuta li tippubblika din il-lista.
Beppe Fenech Adami qal li mhux minnu li l-pajjiż qed jattira investiment barrani ta’ kwalità. Hu semma ż-żjara f’Malta tal-Kummissjoni Anti-Mafja biex jinvestigaw dak li qed jirriżulta fl-Italja u qal li waqt din iż-żjara l-Prim Ministru mar Dubaj biex ibigħ il-passaporti. Fil-laqgħa mal-Kummissjoni l-Opożizzjoni ddefendiet isem Malta ftit wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia iżda l-Kummissarju tal-Pulizija irrifjuta li jiltaqa’ ma’ din il-kummissjoni.
Hu semma r-rapport tal-FIAU li jispeċifika l-involviment ta’ Keith Schembri u dwar kif Schembri rċieva flus fil-kont tiegħu mil-bejgħ taċ-ċittadinanza. Dan hu rapport mhux kontestat li jinkludi dettalji ta’ korruzzjoni mill-bejgħ taċ-ċttadinanza.
Fil-31 ta’ Mejju 2017 Daphne Caruana Glaizia kitbet li l-Prim Ministru u Keith Schembri wżaw l-email privat tagħhom biex jitrattaw mal-ogħla uffiċjali ta’ Henley & Partners; liema uffiċjal kien jirriferi għall-Prim Ministru bħala ‘Joseph’ u għaċ-Chief of Staff Keith Schmebri bħala ‘Keith’. Dan sar bl-iskop li jingħalaq ħalq Daphne Caruana Galizia u oħrajn.
Il-pjan kien li jitqabbdu avukati mill-Ingilterra bies isallbu lil Daphne Caruana Galizia u lil Jason Azzopardi. Il-Prim Ministru wieġeb li ma kellu l-ebda oġġezzjoni għal dawn il-passi waqt li Keith Schmebri wieġeb li ‘this looks good’.
//= $special ?>