Illum waranofsinhar fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu wkoll, kienet inawgurata l-kamra tal-Konferenzi tal-Aħbarijiet, li ssemmiet għall-Ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Dan il-pass ittieħed wara inizjattiva personali tal-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani. Preżenti, kien hemm fost l-oħrajn ir-raġel u ulied Daphne Caruana Galizia. Ir-raġel ta’ Daphne, Peter Caruana Galizia spjega kif ix-xogħol investigattiv li wettqet Daphne wassalha biex tagħraf ir-rabta bejn il-kriminalità u l-politika f’Malta. Huwa stqarr li ndunat kif il-liġijiet jiġu mgħawwġa biex dawk li huwa b’saħħithom jiggwadanjaw.
Peter Caruana Galizia fakkar kif il-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona ffriża l-flus tagħha f’attentat biex jagħmel sarima ma’ ħalqha darba għal dejjem. Huwa qal li martu mietet mingħajr aċċess għal kont bankarju tagħha. Caruana Galizia qal li Daphne, meta mietet, kienet qed taffaċċja 47 każ ta’ libell kontriha, b’36 minnhom li se jitkomplew.
//= $special ?>