Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela qal li qed issir investigazzjoni dwar ir-rapporti f’gazzetta Taljana bit-titlu ‘Business illecito di gasolio libico: I presunti rapporti fra i traffricanti e il Ministero degli Esteri di Malta’.
Id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici staqsa lill- Ministru g?all-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ li fid-dawl tar-rapport li deher fil-gazzetta Taljana Il Sole 24 Ore u tal-inkjesta interna mħabbra minnu fit-8 ta Novembru 2017, il-Ministru għandux jinforma lill-Kamra minn min se titmexxa din l-inkjesta u x’terms of reference għandha
Il-Ministru Carmelo Abela qal li malli ħarġu l-allegazzjonijiet li dehru fil-gazzetta online www.ilsole24ore.com, bil-firma ta’ Ivan Cimmarusti fl-artiklu intitolat ‘Business illecito di gasolio libico: I presunti rapporti fra i traffricanti e il Ministero degli Esteri di Malta’, hu talab li ssir investigazzjoni dwar dawn l-istess allegazzjonijiet.
Dan kien magħruf fi stqarrija maħruġa fit-8 ta’ Novembru 2017.Għaldaqstant nħatar Bord ta’ Inkjesta skont l-Att dwar l-Inkjesti li l-membri tiegħu huma tliet Segretarji Permanenti. It-terms of reference ta’ dan il-Bord huma wesgħin u għandu d-dritt li jinvestiga kull allegazzjoni li saret fl-artiklu.
Il-Bord se jkun qed jinvestiga jekk ġewx imħarsa l-proċeduri u l-prattiċi fil-proċess tal- legalizzazzjoni ta’ ċertifikati, il-komunikazzjonijiet li saru jew li setgħu saru bejn l-uffiċjal jew uffiċjali tal-Ministeru kif allegat fl-artiklu u dwar jekk setax kien hemm xi ksur ta’ proċeduri, regoli jew liġijiet f’dan ir-rigward.
Il-Bord se jkollu kull dritt li jinvestiga kif jidhirlu u lil min jidhirlu kif ukoll li jagħmel ir-rakkommandazzjonijiet tiegħu skont l-istess Att dwar l-Inkjesti li diġa` għamilt referenza għalih.
//= $special ?>