Lokali

Iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fil-Gżira

Taljna ta’ 62 sena weġġa gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku lbieraħ filgħaxija.

Kien għall-ħabta tad-disgħa neqsin kwart ta’ filgħaxija meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident fi Triq ix-Xatt, il-Gżira.

Fil-post marru l-Pulizija tad-Distrett, fejn minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel Taljan ta’ 62 sena residenti tas-Sliema, ntlaqat minn vettura tat-tip Toyota Yaris li kienet qiegħda tinstaq minn raġel ta’ 42 sena residenti l-Isla.

Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.