Lokali Saħħa

Korsijiet ġodda biex jingħataw il-liċenzji tat-‘Tattoo Artists’

Ritratt ta' Matthew Tabone
Il-proċess konsultattiv imniedi miftuħ sal-14 ta’ Diċembru

Bil-prattika tat-tattooing dejjem tiżdied, id-Direttorat tal-Istandards fil-qasam tas-Saħħa nieda dokument ta’ konsultazzjoni li se jirregola l-għoti tal-liċenzji tat-tattooists.  L-għan tar-regolamenti huwa li jissalvagwardja u jnaqqas ir-riskji għas-saħħa pubblika.

Id-Direttorat s’issa ħareġ 200 liċenzja u fil-preżent għandu madwar 60 applikazzjoni għall-evalwazzjoni. Dawn l-applikanti u oħrajn prospettivi jridu jsegwu kors li se jinkludi tagħlim fuq x’labar iridu jintużaw, x’sterilizzazzjoni għandhom, taħriġ fuq kif tintuża l-linka u l-importanza tal-iġjene fil-ħwienet fejn isiru t-tattoos.

Tattoo artist irid jibda jieħu ukoll it-tilqima tal-hepatitis u l-HIV sabiex jevita li jġorr mard li jittieħed b’konsegwenzi gravi.

Dr. Charmaine Gauci, Supretendent tas-Saħħa Pubblika, tkellmet ma’ NET News fuq is-sorveljanza tad-Direttorat fuq il-korsijiet u r-rekwiżiti tal-applikanti. “Tattoo artist irid ikollu liċenzja iktar minn 5 snin esperjenza biex jipprovdi l-kors, li parti minnu jrid ikun provdut minn healthcare providers, fl-aspetti li jirrigwardjaw it-trażmissjoni tal-mard infettiv. Meta persuna japplika biex jagħmel dan il-kors, jiġi evalwat minn naħa tagħna u jingħata l-permess meħtieġ. Wieħed ukoll irid joqgħod għall-eżami sabiex niżguraw li dak li qgħad għall-kors, ħa l-informazzjoni meħtieġa.”

Id-dokument imniedi llum huwa miftuħ għall-konsultazzjoni sal-Ħamis 14 ta’ Diċembru.