It-tim nazzjonali Ingliż se jilgħab partiti ta’ ħbiberija kontra l-Olanda u l-Italja s-sena d-dieħla bi preparazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tas-sajf li ġej fir-Russja.
L-FA Ingliża, it-tim ta’ Gareth Southgate se jilgħab kontra l-Olanda fil-Johan Cruyff Arena f’Amsterdam fit-23 ta’ Marzu, qabel ma jilagħbu kontra t-tim nazzjonali Taljan f’Wembley erbat ijiem wara.
L-Ingilterra ħabbret dan ftit sigħat wara li l-Italja naqset li tikkwalifika għat-Tazza tad-Dinja għall-ewwel darba mill-1958, wara li kienu eliminati mill-Iżvezja b’aggregate ta’ 1-0 fil-play-offs.
L-Olanda spiċċaw finalisti fit-Tazza tad-Dinja tal-2010 u t-tielet fl-aħħar Tazza tad-Dinja, iżda naqsu li jikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja wara li spiċċaw it-tielet fil-grupp wara Franza u l-Iżvezja.
Il-ġimgħa l-oħra, l-Ingilterra spiċċaw fi draw ta’ mingħajr gowls kontra l-Ġermanja f’partita ta’ ħbiberija f’Wembley filwaqt li llejla se tilgħab fl-istess grawnd kontra l-Brażil.
//= $special ?>