Il-Grupp Universitarji Għawdxin (GUG) appella lill-Gvern sabiex immedjatament jieħu azzjoni rigward is-subway tal-Universita’ illi bħalissa tinsab fi stat tal-biża’, kontinwament fid-dlam, mgħarrqa bl-ilma tax-xita u frekwentament maħmuġa.
Il-programm Net Live ilu żmien twil isegwi dawn l-ilmenti tal-istudenti u s-sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ sigurta’ fis-subway li twassal lejn l-Universita’ ta’ Malta, u li toffri aċċess mill-iSkate Park tal-Imsida.
“Hemm bżonn li l-awtoritajiet iqumu u jagħmlu xi ħaġa”, qalu l-GUG fl-istqarrija.
//= $special ?>