Lokali

“Saqsi lill-Prim Ministru Tiegħek”: Inizjattiva ġdida min-Netwerk tas-Soċjetà Ċivili

In-Netwerk tas-Soċjetà Ċivili ħabbret inizjattiva ġdida online. 

Il-pubbliku huwa mistieden jagħmel mistoqsijiet f’formola online. In-Netwerk ser jaġixxi ta’ punt ta’ kuntatt pubbliku sabiex dawk li jagħmlu mistoqsijiet ma jkollhomx għalfejn juru l-identità tagħhom. Imbagħad il-mistoqsijiet isiru pubblikament lil Joseph Muscat. Il-formola tinsab hawn:  https://docs.google.com/forms/d/e/1FAIpQLSc6J6jlz5f7oX371xvjmT2kcvvHMxjvK8p3vVytupx3JVAR1Q/viewform

In-Network tas-Soċjetà Ċivili qal li “Peress li l-Prim Ministru bblokkja lin-Netwerk tas-Soċjetà Ċivili mill-profile tiegħu ta’ Twitter, ser nużaw mezzi oħrajn biex nagħmlulu mistoqsijiet.”

Sadanittant, għaddew 28 jum mill-qtil brutali ta’ Daphne Caruana Galizia, u għad m’hemm l-ebda sinjal ta’ ġustizzja. L-arloġġ tal-ġustizzja tan-Netwerk għadu għaddej.