Wara li llum il-Membri Parlamentari Ewropej b’maġġoranza kbira ivvota fir-riżoluzzjoni dwar is-saltna tad-dritt f’Malta, l-MEP Laburista Marlene Mizzi ħarġet b’attakk qawwi fuq facebook u kitbet “Ċapċpu, ja boloħ”.
Il-Parlament Ewropew ivvota b’saħħa favur ir-riżoluzzjoni dwar is-saltna tad-dritt f’Malta wara li lbieraħ kien hemm dibattitu fil-Parlament Ewropew dwar is-saltna tad-dritt f’Malta, dibattitu li sar anke wara l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia fis-16 ta’ Ottubru li għadda.
Fil-Parlament 466 Membru Parlamentari Ewropew ivvotaw favur ir-riżoluzzjoni, 49 ivvotaw kontra u kien hemm 167 astensjoni.
//= $special ?>Il-Parlament Ewropew jivvota b’saħħa favur ir-riżoluzzjoni dwar is-saltna tad-dritt f’Malta