– Karl Gouder, PN
Id-deputat Nazzjonalista Karl Gouder appella lill-gvern biex ma jieħux miżuri li jnaqqsu jew ixekklu l-awtonomija tal-Università.
Fil-parlament Karl Gouder tkellem dwar l-Univeristà ta’ Malta u d-diskussjonjiet meħtieġa dwar tibdil fl-istruttura. L-Oppożizzjoni hi lesta tiddiskuti dwar l-università biex din tkompli titjieb. L-inkwiet preżenti hu dwar l-awtonomija tal-univeristà u dwar x’tip ta’ università jrid jagħmel il-gvern; li għad m’għamilx il-proposti tiegħu pubbliċi. Għad hemm ħin biex issir id-diskussjoni, sostan d-deputat Nazzjonalista, li kompla li jidher li l-awtonomija tal-univeristà tista tkun mhedda fejn minflok id-deċiżjonijiet se jibqgħu f’dejn ir-rettur u s-senat tal-Università.
Il-pjan tal-gvern hu li jkun hemm kunsill tal-università magħmul minn sitt persuni; ir-rettur u ħames persuni appuntati mill-Prim Ministru. Numru ta’ akkademiċi u l-korp studentesk huma inkwetati dwar dan għaliex hemm il-biża’ li l-gvern qed inaqqas l-awtonomija tal-univeristà.
Dan meta l-pajjiż għaddej minn żmien diffiċli fejn il-gvern qed jikkontrolla l-istituzzjonijiet; fosthom il-Pulizija u l-Avukat Ġenerali. Ikun żbaljat il-gvern jekk jipprova jnaqqas l-awtonomija tal-università. Il-gvern qed jgħid li jrid jieħu dawn il-miżuri għaliex l-università hi finanzjata mill-Gvern; imħallsa mit-taxxi tal-poplu.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar ir-rappreżentanza fit-tmexxija tal-università u appella biex kulħadd jifhem il-gravità tal-proposta tal-gvern li biha titnaqqas l-awtonomija tal-università. In-nuqqas ta’ awtonomija jfisser tnaqqis tal-istandards fl-università. L-istudenti u l-akkademiċi għandhom jieħdu sehem fid-dibattitu dwar kif iridu università fil-futur biex tinstab soluzzjoni.
//= $special ?>