Lokali Saħħa

KRIŻI LEĠIONELLA: Żewġ każi oħra, wieħed minnhom f’dar privata

Aktar dettalji fil-ħin li ġej

Id-Dipartiment tas-Saħħa Ambjentali qiegħed jistħarreġ żewġ każi separati ta’ legionella fil-komunità. Wieħed fi stabbiliment privat u ieħor f’dar privata.

Dawn il-każijiet seħħew f’irħula separati. Numru ta’ riżultati minn testijiet dwar dawn il-każijiet għadhom pendenti.

Fi stqarrija, id-Dipartiment tas-Saħħa qal li qiegħed isegwi dawn il-każijiet mill-qrib.